“B’Għafsa Ta’ Qalba… Mhux Se Nesebixxi L-Presepju Għall-Wiri”

 “B’Għafsa Ta’ Qalba… Mhux Se Nesebixxi L-Presepju Għall-Wiri”

Il-Presepji huma parti sew mill-Milied f’pajjiżna. Imma qegħdin f’mument li ċ-ċirkostanzi ma jħallukx tagħmel dak li konna dejjem imdorrijin bih.

“B’għafsa ta’ qalb imma b’responsabiltà, mhux se nkun qed nesebixxi l-presepju l-kbir li ta’ kull sena jkun għall-wiri fil-garaxx tiegħi f’Ħal Farruġ. Żgur li mhux se jkun Milied bħall-oħrajn, għax għal min hu bħali b’imħabba speċjali lejn il-presepju, din se tkun telfa għalina lkoll li ħafna minna mhux se nkunu qed niftħu l-presepji għall-wiri.”

Hekk kiteb Alexander Powell fuq il-facebook tiegħu fejn wera s-swied ta’ qalb li qed jaqbduh f’dan iż-żmien minħabba s-sitwazzjoni li qegħdin fiha.

Tenna li l-presepju xorta se jżommu f’qalbu, f’daru u fil-familja tiegħu, kif se jagħmlu dawk li għandhom għal qalbu dan id-delizzju kulturali, artistiku u anke reliġjuż.

“Nitolbu lill-Bambin biex mill-maxtura fqajra tiegħu jidħol għalina u jfejjaq id-dinja minn dan il-virus li ħakimna u li dan ikun l-ewwel u l-aħħar Milied mingħajr il-wirjiet tal-presepji.”

Aħna minn StradaRjali.com naqblu miegħek… Tassew se jkun Milied differenti, iżda ejja nagħmlu kuraġġ!

Ritratt: Facebook/ Alexander Powell

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com