Bil-Filmat: Araw X’Kien Għamlulu lil Elio Lombardi Bħal-Lum

 Bil-Filmat: Araw X’Kien Għamlulu lil Elio Lombardi Bħal-Lum

Illum l-artist Malti Elio Lombardi jagħlaq 87 sena. Ibnu Gino tella’ filmat ta’ sentejn ilu meta kienu organizzawlu ikla sorpriża, li Elio deher li ma kienx stenna.

Gino tenna li għall-età li għandu, missieru Elio “għadu f’saħħtu u jista’ jagħmel dak li jħobb, joħloq stejjer interessanti u jiffilmjahom għad-divertiment tal-poplu Malti u Għawdxi.”

Elio Lombardi huwa isem magħruf fil-qasam tal-films bil-Malti fejn ta bosta opportunitajiet lil ħafna atturi Maltin u Għawdxin.

F’isem il-familja kollha, Gino awguralu u hekk nagħmlu aħna wkoll, minn StradaRjali.com.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com