Bil-Filmat: Il-Malti U T-Taljan… It-Tenuri Ċelebri Jkantaw Flimkien

It-tenur Malti Joseph Calleja tella’ filmat fejn jidher ikanta l-kanzunetta Perfect m’Andrea Bocelli bil-lingwa Ingliża u dik Taljana.
Ta’ min jinnota li malli jisma’ vuċi, Bocelli jnissel tbissima sabiħa fuq wiċċu. Calleja sejjaħlu artist kbir u li dejjem ikun ta’ pjaċir għalih li jiltaqa’ miegħu.
Andrea Bocelli żar pajjiżna biex jiġbed filmat tiegħu jkanta f’xenarji minn pajjiżna. Dawn ser jidhru fil-kunċert tal-Milied fuq l-istazzjon RAI.