Bil-Filmat: Il-UPE Tgħid li L-Bubble Infaqgħet… L-Iskola Tgħid Li L-Filmat Iqarraq

F’filmat li ttella’ fuq il-paġna tal-UPE (Union of Professional Educators- Voice of the workers) juri ammont ta’ tfal miġbura gozz ġo xulxin. Minn Stradarjali.com ċempilna lil din il-union fejn Graham Sansone qalilna li l-filmat juri sitwazzjoni li ġrat ilbieraħ.
Min-naħa l-oħra, ċempilna wkoll lill-iskola ta’ Santu Wistin fejn qalulna li l-filmat huwa miġbud minn angolu li juri dimensjoni oħra. Qalulna li se jkellmuna lura imma sadanittant ittellgħu dawn ir-ritratti fuq il-paġna tal-iskola.
Intom x’taħsbu dwar dan?