Bil-Filmat: Kontu Tafu Li Ismu Propju Huwa Nazzareno Alessandro?

Illum il-kantant popolari Renato Micallef qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled fid-19 ta’ Novembru tal-1951. Kont taf li ismu propju huwa Nazzareno Alessandro Micallef Garrett? Interessanti din!
Ilu fix-xena mużikali minn meta kellu 12-il sena. Dar id-dinja bil-vuċi tiegħu fosthom l-Amerka, l-Awstralja u l-Ingilterra fejn anke rebaħ il-kantant tas-sena fl-1980.
Fl-1975, irrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Singing This Song.
Għal snin twal kien ukoll xandar fuq Super One Radio dak iż-żmien. Minn StradaRjali.com, nawgurawlu aktar suċċessi u kuntentizza f’Ħajtu!