Bil-Filmat: Minkejja Bidla Fil-Ministru Tal-Edukazzjoni, L-PM Ifaħħar Il-Ħidma Ta’ Owen Bonnici

F’diskors fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista aktar kmieni llum, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar il-ħidma tal-Ministru Owen Bonniċi fil-qasam tal-edukazzjoni waqt il-pandemija tal-Covid-19. Dan minkejja li lbieraħ tħabbar li l-Onor. Justyne Caruana se tkun qed tieħu post Bonniċi fid-dekasteru tal-edukazzjoni. Intant, Bonniċi nħatar Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19.
Dr Abela dalgħodu stqarr li minkejja r-reżistenza li kien hemm dwar il-ftuħ tal-iskejjel, l-gvern ħa deċiżjoni bilgħaqal li ħadmet.
“Illum ninsab kuntent li t-tfal tagħna qed imorru l-iskola u qed ikollhom l-progress li nixtiequ fl-iżvilupp akkademiku u soċjali”, qal il-Prim Ministru.