Bil-Filmat: Persuni Li Għandhom L-ADHD Jesprimu L-Kreattività Tagħhom F’Wirja Tal-Arti

 Bil-Filmat: Persuni Li Għandhom L-ADHD Jesprimu L-Kreattività Tagħhom F’Wirja Tal-Arti

Adulti u tfal li għandhom l-kundizzjoni tal-ADHD (Attention Deficit Hyperactivity Disorder) qed jippreżentaw ix-xogħol tal-arti tagħhom f’esebizzjoni bl-isem ta’ Creative Brains 2020. L-esebizzjoni qed tittella matul dan ix-xahar li għadda hekk kif Ottubru huwa x-xahar iddedikat biex iqajjem kuxjenza dwar din l-istess kundizzjoni.

Minħabba l-Covid-19, viżitaturi ma jistgħux jattendu fiżikament għal din l-esebizzjoni, u għalhekk, il-pubbliku huma mħeġġeġ biex dan ix-xogħol krejattiv fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ ADHD Malta: www.facebook.com/ADHDMalta.

L-ADHD hija kundizzjoni fil-moħħ li tibda’ mit-tfulija u li tibqa’ mal-persuna matul ħajjitha kollha. Jekk int, jew xi ħadd qrib tiegħek, għandek jew għandu l-ADHD int imħeġġeġ tavviċina lil ADHD Malta, hija l-assoċjazzjoni Maltija li toffri sapport kontiwu lil dawn kollha li jgħixu b’din il-kundizzjoni.

Il-membri ta’ ADHD Malta igawdu minn sapport onlajn, laqgħat kull xahar, counselling, librerija apposta, korses, u aċċess għal informazzjoni relatata mal-kundizzjoni tal-ADHD.

 


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com