Bil-Filmat: X’ Qed Jagħmlulu L-Arloġġ Tal-Isla?

Bħalissa għaddej ir-restawr fuq l-arloġġ tal-Isla. Dan jifforma parti mill-Forsti San Mikiel li beda jinbena f’Mejju tal-1552 taħt il-Gran Mastru Juan D’Homedes.
L-arloġġ miżjud wara, kien sar fi żmien l-Ingliżi fl-1908. Il-makkinarju tiegħu kien immanifatturat fl-1905 minn John Smith & Sons – Midland Clock Works f’Derby.
Is-Sindklu Senglean Clive Pulis tella’ filmat fuq il-midja soċjali tiegħu li juru li x-xogħol ġmielu fuq ir-restawr tiegħu.
Kemm nieħdu gost naraw li l-wirt tagħna jkun indukrat u ppriservat għal aktar ġenerazzjonijiet!
Ritratt: Vassallo History