Bil-Mużika: Tlaqt Ħabib U Sebbaħt Il-Ġenna Minnufih…
Bħal-lum 4 snin ilu, Malta tilfet persuna kkulturata mmens; Sunny Aquilina. Min ma jafx lil Sunny? Kanzunetti, poeżiji, lirika bellusija minn qalbu li messet tant qlub.
Bormla bkiet u magħha bkew bosta kantanti li lil Sunny jafuh b’raġel umli u li jemmen fl-artist. Ħabb il-lingwa Maltija, ħabb lil Beltu, kien patrijott.
Tiftakruha l-kanzunetta The One That I Love u My Dream? Mill-isbaħ, mill-ifjen. Dawn huma tnejn biss minn ħafna.
Insellmulek Sunny. Din hija l-kanzunetta li kanta u kiteb Kevin Borg flimkien ma’ Marcon, fuq mużika ta’ Jason Cassar, ir-raġel ta’ bintu Marcon li propju llum qed tiċċelebra għeluq sninha; il-jum meta flok ferħet, bkiet. Imma Marcon illum tifraħ bil-wirt dehebien li ħalla warajh Sunny…