Binja ta’ Supermarket Fuq Sit Arkeoloġiku??

Supermarket ġdid qed jiġi propost li jinbena fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta, ftit metri bogħod minn supermarket li diġà jeżisti, u dan fuq sit fejn twaqqgħu binjiet li kienu jintużaw bħala mħażen u nstabu fdalijiet arkeoloġiċi.
L-Awtorità tal-Ippjanar diġà kienet approvat li jerġa’ jinbena dan is-sit fl-2019. L-aħħàr applikazzjoni tipproponi supermarket fis-sular ta’ taħt, u parkeġġ tal-karozzi taħt l-art fuq żewġ sulari. Fl-ewwel sular ser ikun hemm mħażen.
Waqt it-tħaffir instabu katakombi, erba’ oqbra u ‘cart ruts’ apparti barrieri antiki u trinek arkeoloġiċi.
Infrastructure Malta riċentament applikat sabiex taġġorna ir-roundabout li tgħaqqad Triq id-Difiża Ċivili ma’ Triq il-Kostituzzjoni sabiex jinkludu korsiji bħala ‘bypass’. Biex isir dan, jirriżulta fi tneħħija ta’ 22 siġra.
Ritratt: MaltaToday.com.mt