Bord Eżekuttiv Ġdid Għall-MŻPN Taħt It-Tmexxija Ta’ Joseph Grech
Tal-elezzjoni għall-board eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) seħħet nhar l-Erbgħa li għadda.
Il-bord jikkonsisti fi 15-il persuna, li 8 minnhom ġew eletti għall-ewwel darba. Is-seba’ membri l-oħra tal-bord reġgħu ġew eletti għal darb’oħra, fost l-oħrajn il-President tal-MŻPN Joseph Grech li reġa’ ġie kkonfermat bħala l-President ta’ din l-għaqda.
Il-Viċi President għall-Affarijiet Interni hija Courtney Farrugia, filwaqt li l-Viċi President għall-Affarijiet Esterni huwa Gabriel Micallef. Daniel Vella Fondacaro ġie appuntat bħala Segretarju Ġenerali u Amii Camilleri bħala Assistent Segretarju Ġenerali.
Jake Scerri Seychell huwa l-PRO ta’ MŻPN u Thomas De Martino se jkun qed jaħdem mill-qrib miegħu bħala Maniġer tal-Midja Soċjali.
Gianluca Sciberras se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Teżorier. Carina Suda hija l-Koordinatriċi Internazzjoni, filwaqt li Ayrton Saffrett u Marylyn Sammut se jkunu nkarigati mir-Riżorsi Umani.
L-uffiċju tal-Attivitajiet se jkun immexxi minn Matthias Vassallo u Maria Victoria Galea. Filwaqt li Alex Borg se jkun qed jikkoordina dak kollu relatat ma’ Għawdex. Frederick Aquilina se jkun l-Uffiċjal tal-Politika Soċjali fi ħdan l-MŻPN.