Bosta Jirreaġixxu Fuq Il-Wirja Ta’ Joseph Il-Kapxi Fuq Malta’s Got Talent. Intom X’Taħsbu?

 Bosta Jirreaġixxu Fuq Il-Wirja Ta’ Joseph Il-Kapxi Fuq Malta’s Got Talent. Intom X’Taħsbu?

Wara li l-Ħadd li għadda, Joseph Mangion mill-Mosta, magħruf bħala l-Kapxi kien wieħed mill-magħżula bħala finalist għall-Malta’s Got Talent, bosta kienu dawk li rreaġixxew. Mangion beda jagħti wirja ta’ murtali permezz ta’ ħsejjes b’ħalqu.

Għalkemm kien hemm ħafna u ħafna kummenti pożittivi dwar il-wirja tiegħu, anke minħabba l-fatt li din is-sena l-festi ma sarux u allura Joseph ġedded ħafna memorji, kien hemm oħrajn li ma kkummentaw xejn pożittiv.

Kummenti bħal “Mela dan talent?” bdew iduru fuq il-midja soċjali. Inġab ukoll l-argument permezz ta’ meme fuq facebook, li artist ikun ilu għomru jistinka u jistudja biex imbagħad wirja bħal ta’ Joseph Mangion, taqilgħu milli jkun fil-finali.

Oħrajn, għalkemm qablu li Joseph huwa bniedem tal-ġenn, simpatiku u umli, mhux tal-livell biex ikun fil-finali ta’ dan l-ispettaklu.

Sadanittant, dan huwa n-numru tiegħu min jixtieq jivvutalu: 5061 4408.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: Malta’s Got Talent

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com