Il-Patri Kkundanat bil-Pedofelija Għadu Mhux Imkeċċi Mill-Vatikan
Patri Bellizzi, li l-ġimgħa l-oħra ġie kkundannat għall-abbuż sesswali fuq tifel ta’ tlettax-il sena li ġie fdat lilu, għadu ma ġiex uffiċjalment imkeċċi mill-Vatikan, fejn tal-aħħar għad irid joħroġ id-dokumenti uffiċjali li jiffinalizzaw din it-tkeċċija.
Dan il-patri ta’ kważi 50 sena huwa parti mill-Ordni Franġiskana u bħalissa qiegħed iservi s-sentenza tiegħu fil-ħabs ta’ tlett snin, li ħafna stqarru li ma kinitx sentenza ġusta lejn il-vittma.
It-tifel li ġie abbużat kien parti minn grupp speċjali ta’ tfal tamparu li huma inklinati lejn il-ħajja reliġjuża. Il-vittma tgħid kif l-abbużi sesswali bdew fl-2010 u li meta kellu 16-il sena, fl-aħħar sab il-kuraġġ jieqaf lil Belliżżi.
Bil-kuntrarju ta’ kif forsi jaħsbu xi wħud, it-tkeċċija tal-patri mill-ordni reliġjuża ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Arċisqof Scicluna, imma taqa’ taħt l-istess ordni Franġiskana li hija parti mill-Vatikan.