Ċans Li Nitilfuh Darba Għal Dejjem F’Ħal Għaxaq
Qed nirreferu għal din il-binja sabiħa li hija magħrufa bħala d-Dar tal-Bebbux. Il-bebbux se jintilef! Fil-fatt, Indri Dimech li kien magħruf bħala l-Mikk, fl-1898 beda jżejjen il-faċċata ta’ daru b’mijiet ta’ qxur tal-bebbux li kien jiġbor minn bajjiet lokali u oħrajn minn barra minn xtutna.
Hemm min jgħid li kien ispirat minn xi binja li ra f’pajjiż barrani.
Fil-faċċata hemm ukoll bosta niċeċ mill-isbaħ b’temi reliġjużi. Hija ħasra li dan il-bebbux għalkemm serva għal snin twal, nieżel bil-mod u donnu qas hemm ħjiel ta’ restawr anke meta kien diġà sar tentattiv biex dan isir.
Ritratt: maltatina.com