Tobba Jibżgħu li l-Ġranet Tal-Festi Ser Iġibu Magħhom Iktar Imwiet
L-Assoċċazzjoni tat-Tobba Privati tal-Familja esprimiet tħassib dwar l-impatt negattiv li ż-żminijiet ta’ festi ser iġibu magħhom fejn tidħol il-pandemija qattiela COVID-19.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied u ta’ Lejliet is-Sena l-Ġdida jġibu magħhom ħafna attivitajiet bejn ħbieb, familjari u kollegi. F’dawn l-attivitajiet mhux biss hemm riskju li l-pandemija iżżid iktar fin-numri tagħha imma anke l-konsum ta’ alkoħol u sustanzi oħra li huma komuni ħafna f’attivitajiet simili, huma, b’mod ġenerali, ta’ deterrent fuq il-ġisem u s-sistema immunitarja. Din tal-aħħar mhi xejn aħbar tajba ħabba li immunità iktar b’saħħitha tgħin lill-individwi jiġġieldu kontra l-virus jekk din taqbadhom.
Dr Anthony Azzoppardi, Il-president tal-Assoċċazzjoni, fl-aħħar sostna li l-bars għandhom jinżammu magħluqin matul dawn iż-żminijiet u li n-nies li jmorru r-ristoranti m’għandhomx idumu iktar minn sagħtejn fir-restaurant.