“Dak Li Kien Qed Jikkawża Inkonvenjent Ġie Solvut” – Is-Sindku Ta’ Raħal Ġdid
Wara li lbieraħ kitbna dwar inkonvenjent li kien qed jinħoloq f’Raħa Ġdid, anke wara li s-Sindku Dominic Grima tella’ filmat juri duħħan tiela’ u tenna li dan ħiereġ mill-ħabs, illum, is-Sindku rringrazzja lil dawk li għenu biex din il-kwistjoni ġiet solvuta.
“Nirringrazzja lill-Awtoritajiet tal-Ħabs u l-Ministru Byron Camilleri li dak li kien qed jikkawża inkonvenjent ġie solvut”, kiteb is-Sindku.
Kiteb ukoll li dan għandu jkun il-mod kif tittieħed azzjoni: “Issa li kieku l-Awtoritajiet jaħdmu kif ħadmu dawn, u mal-ewwel ittieħdet azzjoni, kieku ma jkunx aħjar għar-resident li naslu aktar malajr.”