”Dan Huwa Abbuż”: Maġistrat Jirrilaxxa Erba’ Immigranti Wara 166 Ġurnata
Il-Maġistrat Victor George Axiak irrilaxxa erba’ immigranti li ġew detenuti kontra r-rieda tagħhom għal 166 ġurnata fil-kampijiet ta’ detenzjoni f’Ħal Safi u Ħal Far. Allavolja ż-żewġ ċentri msemmija ma kellhomx iktar spazju għall-ebda persuna oħra, dawn xorta deffsu lill-imsemmija.
L-erba’ immigranti l-ġimgħa l-oħra ressqu appell fejn qali kif fil-wasla tagħhom mill-baħar fis-7 ta’ Ġunju, dawn ittieħdu mmedjatament fl-imsemmija detention centres bla ebda spegazzjoni jew dokumenti li jiġġustifikaw din it-detenzjoni. Il-maġistrat ikkundana li dan it-tip ta’ trattament huwa abbużiv u xejn professjonali, u li każijiet simili mhumiex tal-ewwel li qed jidhru quddiem il-qorti
Il-Qori ordnat rilaxx immedjat tal-erba’ detenuti u kkundannat lill-awtoritajiet kkonċernati li din id-detenzjoni ma kellha l-ebda bażi legali.
Ritratt: TimesofMalta