“Dan Il-Presepju Ħadmitu Ommi Meta Ħarġilha L-Kanċer…”
“Dan il-presepju ħadmitu ommi erba’ snin ilu waqt li kienet 3 xhur l-isptar meta ħarġila l-kanċer l-ewwel darba….
3 xhur ta’ tbatija li sarfithom f’ xogħol”, kitbet Therese Ann Cachia fuq facebook tagħha.
Tenniet li din is-sena l-Milied mhux se jkun l-istess bħalma ma kinitx l-istess, kull ġurnata li għaddiet mis-17 ta’ jannar lil hawn.
Ommha kienet teħor għaliha u f’dan il-presepju tara lil ommha u tħossha qribha. Kompliet billi għamlet kuraġġ lill-pubbliku li forsi din is-sena m’għandhomx ħeġġa jarmaw, fejn qalet li hi waħda minnhom, iżda tenniet li għat-tfal u anke ħabba l-fatt li ommha trid tarahom ferħanin “iva se narma.
“Mhux se tkun faċli… imma lanqas il-Milied tas-sena l-oħra ma kien!!!” Esprimiet Therese Ann.
“X’ nista’ nibki bikja bħalma nagħmel kważi kuljum!! Nixxotta d-dmugħ u nkompli għax dik il-ħajja.” kitbet hi waqt li reħggħet ħeġġet lil dawk li forsi qed jaqtgħu qalbhom.
Prosit Therese, nammirawk!