“Dan Mhux l-Inċineratur Tal-Marsa, Imma l-Ħabs F’Raħal Ġdid” – Dominic Grima

 “Dan Mhux l-Inċineratur Tal-Marsa, Imma l-Ħabs F’Raħal Ġdid” – Dominic Grima
“Dan mhux l-Inċineratur tal-Marsa, imma l-Ħabs f’Raħal Ġdid”, kiteb is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima.
Tenna li dan huwa inkonvenjent ieħr għar-residenti fejn id-dħaħen u l-irwejjaħ insapportabbli l-jum kollu, bil-lejl ukoll qed idejqu lin-nies.
“…fejn issa ilhom għaddejin ġranet, minn ġewwa l-ħabs, bl-inkovenjent kbir għar-residenti”, kompla s-Sindku fejn talab lill-Awtoritajiet biex tittieħed azzjoni u jitwaqqaf dan l-inkonvenjent.
Aħna minn StradaRjali.com tkellimna ma’ sorsi nfurmati li qalulna li filwaqt li s-Sindku għandu raġun, dan li qed isir huwa biex jitnaqqas it-tifrix tal-virus tal-Covid-19 fejn qed jinħaraq l-ilbies protettiv u l-kontenituri li jintużaw biex tittieħed il-mistura mir-residenti fil-ħabs ta’ Kordin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com