Dar San Ġużepp Tiddikjara Li M’Għadx Baqalha Każijiet Ta’ Covid-19

Fuq il-paġna ta’ Facebook tar-residenza tal-anzjani San Ġużepp tħabbar li din id-dar issa tinsab mingħajr ebda każijiet attivi ta’ Covid-19, wara li xi ġimgħat ilu kien hemm kważi nofs ir-residenti li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Huma rringrazzjaw lill-istaff u lill-familjari talli kienu ta’ sapport f’dan iż-żmien diffiċli li għaddew minnu.