DeGaetano Dwar il-Grupp tal-Anti-Mask: Ixxerrdux Informazzjoni Żbaljata

 DeGaetano Dwar il-Grupp tal-Anti-Mask: Ixxerrdux Informazzjoni Żbaljata

Patoloġist James DeGaetano ħareġ stqarrija pubblika dalgħodu fejn jikkundanna b’mod assolut il-protesta ġudizzjarja imħarġa minn gruppi ta’ nies li lbieraħ ħarġu dikjarazzjoni uffiċjali. Din tal-aħħar tgħid li l-użu tal-maskri qed tmur kontra d-drittijiet umani u fundamentali tagħhom.

DeGaetona li huwa wkoll il-president tal-Kulleġġ Malti tal-Patoloġisti jgħid li dawn il-gruppi għandhom iħarsu lejn l-evidenza xjentifika ta’ numru ta’ esperti, u għandhom ukoll imorru jkellmu b’mod personali kemm lil dawk li għaddew mill-marda, u kif ukoll ma’ dawk li jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa, biex verament jifhmu kemm l-informazzjoni li qed ixerrdu hija waħda qarrieqa u ferm perikoluża, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezzà u ansjetà.

DeGaetona jispjega kif COVID-19 huwa għaxar darbiet iktar qattiel mill-Influwenza, dan bħala risposta lill-istess grupp li qalu li  s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika huwa responsabbli għal dan il-paniku nazzjonali li, skont huma, qiegħed ipinġi stampa iktar gravi ta’ din is-sitwazzjoni.

It-tabib jispiċċa billi jgħid fuq l-importanza li lkoll  għandna nirrispettaw u nikkoperaw ma’ xulxin, biex nevitaw iktar traġedji u noħolqu nqas inkonvenjenzi li huma ta’ deterrent fuq is-saħħa pubblikà kif ukoll fuq l-ekonomija.

 

Ritratt: Maltatoday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com