Diġà Se Nagħlqu Sena Minn Meta Beda L-Coronavirus!

 Diġà Se Nagħlqu Sena Minn Meta Beda L-Coronavirus!

Bħal dan iż-żmien sena, kemm f’Malta u fid-dinja kollha, ħadd ma kien qed joħlom x’kien ġej għalina. Il-Coronavirus kien għadu fil-bidu tiegħu.

Il-każ jingħad li twieled fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina. Uffiċjalment kien irrapurtat lil WHO fil-31 ta’ Diċembru tal-2019 fejn imbagħad, eżatt xahar wara fit-30 ta’ Jannar ta’ din is-sena 2020, il-WHO ddikjarat emerġenza tas-saħħa b’mod globali.

Din tiġi l-ewwel emerġenza dinjija minn meta kien hawn il-pandemija tal-H1N1 fl-2009.

Kif beda l-Covid-19?

Dan il-virus jingħad li oriġina minn suq tal-ikel tal-baħar fejn annimali slavaġġ jkunu mibjugħa. Hemmhekk jinbiegħu wkoll friefet illejl u anke sriep b’mod illegali. Intqal li dan il-virus jaqbez mill-annimali għall-bniedem uman fejn kienu qalu li hekk ġara fil-każ ta’ dan il-virus.

Is-sors prinċipali u oriġinali xorta waħda għadu mhux magħruf u identifikat.

Maż-żmien inħolqu bosta teoriji ta’ kif seta’ nħoloq dan il-virus fejn kien hemm ukoll għajdut li kien maħluq mill-bniedem stess.

Dan mhu xejn ċert sal-lum il-ġurnata u bosta xjentisti u anke studjużi qed jgħidu, li f’każ globali bħal dan, qatt mhu se jkun identifikat is-sors propju u forsi anke li l-verità kollha dwaru, mhux ser inkunu nafuha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com