“Ejja Ma Ninsewx Li T-Telf Ta’ Tarbija Huwa Uġigħ Għal Dejjem” – Dr. Nicholas Briffa

 “Ejja Ma Ninsewx Li T-Telf Ta’ Tarbija Huwa Uġigħ Għal Dejjem” – Dr. Nicholas Briffa

“Ejja ma ninsewx li t-telf ta’ tarbija/tifel/tifla iweġġa’, kemm jekk hu korriment inizjali kif ukoll jekk huwa wieħed tard (avvanzat fix-xhur)… kemm jekk iseħħ fil-ġuf, kif ukoll jekk iseħħ fid-dirgħajn tal-ġenituri”, spjega Dr. Nicholas Briffa f’post imqanqla u emozzjonanti fuq facebook.

Fisser kemm m’hemm l-ebda “imma għallinqas…” fost id-diskors li forsi ngħidu bla ħsieb lil xulxin u li kultant jaf itella’ għoqla fi griżmejn il-persuni quddiemna, li suppost saru ġenituri.

Dr. Briffa tenna li l-uġigħ li jħossu, m’huwhiex dgħjufija imma huwa fatt u sejjaħ lil dawn l-ommijiet u missierijiet bħala nies b’saħħithom.

Temm billi tahom kuraġġ fejn stqarr “Li titlef tarbija/tifel/tifla iweġġa’ ħafna. Se jweġġa’ għal dejjem! Kuraġġ!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com