Erba’ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-Covid-19
Erba’ anzjani ta’ bejn il-71 sena u l-94 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 71 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti, distanza soċjali u l-użu tal-maskri, biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.