Esklussiva: Jagħmlulu Sabotaġġ Waqt Li Qed Jaqra L-Aħbarijiet Ta’ TVM

 Esklussiva: Jagħmlulu Sabotaġġ Waqt Li Qed Jaqra L-Aħbarijiet Ta’ TVM

StradaRjali.com jinsab infurmat minn sors  infurmati tajba li dak li seħħ lill-ġurnalist Liam Carter jumejn ilu kien sabotaġġ.

Fil-11 ta’ Novembru, hekk kif il-ġurnalist kien qed itemm il-qari tal-aġġornament tal-aħbarijiet, meta qalulu li Malta kienet għadha kif skurjat u persuna qaltlu li l-gowl kien skurjat minn Carmel Busuttil.

Ovvjament dak il-ħin, ġurnalist ikun iffukat biex iwassal b’mod ċar l-aħbarijiet u Liam tenna dak li ntqal lilu.

Għalkemm Liam Carter dawwarha f’ċajta permezz tal-midja soċjali tiegħu, din, fil-verità ma kinitx.

Ninsabu nfurmati li dakinhar, Liam kien se jaqra l-ewwel darba l-aħbarijiet tat-tmienja.

Għaliex sar dan? L-Informazzjoni li waslitilna kien li saret apposta biex Carter jaqa’ għaċ-ċajt u anke forsi jitlef l-opportunità li jibda jaqra l-aħbarijiet ta’ TVM tat-20.00

Mhux magħruf kinitx azzjoni ta’ għira, politika jew tpatija għal xi raġuni jew oħra. Ninsabu nfurmati wkoll li se ssir investigazzjoni dwar dan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com