Evakwat Daniels Mall Ġewwa L-Ħamrun

Ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm, il-kumpless tal-ħwienet Daniels Mall fil-Ħamrun kellu jiġi evakwat wara splużjoni ta’ gass. Minn sorsi jirriżulta li possibilment dan il-gass, aktarx CO2, ħareġ minn friġġ.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu fuq il-post b’mod immedjat. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ukoll ta l-ewwel għajnuna lil persuna li kellha bżonn assistenza medika iżda fortunatament ma ġew irrappurtati l-ebda ġrieħi.
Parti minn Triq il-Kbira San Ġuzepp li tagħti għal quddiem il-kumpless kellha tingħalaq għat-traffiku għal ftit tal-ħin.
Wara ftit sigħat Daniels Mall iserraħ ras kulħadd b’messaġġ pożittiv fuq Facebook:
https://www.facebook.com/DanielsShoppingMall/posts/3798374413547163
It-tim ta’ StradaRjali.com nawguraw Milied ħieni lill-maniġment u l-ħaddiema ta’ Daniels Mall.