F’Ottubru: Il-Pulizija Waqqfu Mal-2,500 Karozza f’Kontrolli Tat-Traffiku

 F’Ottubru: Il-Pulizija Waqqfu Mal-2,500 Karozza f’Kontrolli Tat-Traffiku

Matul Ottubru, diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija kienu impenjati biex iżommu s-sigurtà f’diversi toroq madwar Malta u Għawdex.

Il-kontrolli tat-traffiku kienu kkordinati mill-Pulizija tad-Distretti u f’uħud minnhom kienu assisti millPulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), milll-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mis-Sezzjoni tal-Klieb, tal-Garaxx, flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati.

F’dawn il-kontrolli, li saru kuljum u f’ħinijiet differenti tal-ġurnata, twaqqfu ’l fuq minn 2,500 vettura. Dawn saru fost oħrajn il-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, Floriana, Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaskala, Mosta, Naxxar, Qawra, Ħal Qormi, Rabat, Raħal Ġdid, Santa Venera, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi u Ħaż-Żabbar, F’Għawdex il-kontrolli saru f’Għajnsielem u r-Rabat.

Diversi sewwieqa nħarġulhom avviżi ta’ kontravenzzjoni tat-traffiku, l-iktar minħabba li nqabdu jsuqu mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà.
Sewwieqa oħra nqabdu jsuqu bla liċenzja u bla assigurazzjoni, sewqan eċċessiv u anke minħabba li vetturi nstabu bi ħġieġ tinted u bla pjanċa tar-reġistrazzjoni.

Numru ta’ sewwieqa oħra nqabdu jsuqu taħt suspett tal-influwenza tal-alkoħol u wara li sar test talkampjun tan-nifs (breathalyzer), dan immarka pożittiv.

Sewwieqa oħra nqabdu fil-pussess tad-droga kokaina u cannabis.

Kien hemm ukoll sewwieqa ta’ vetturi li joffru servizz lill-passiġġieri li nqabdu jsuqu bla maskra bi ksur tal-Avviż Legali dwar l-ilbies mandatorju ta’ maskri. Kontrolli oħra saru mill-Environmental Protection Unit (EPU), dwar illegalitajiet varji b’mod speċjali relatati ma’ attivitajiet ta’ kaċċa u insib.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com