Ġebel Tal-Ħelu (Rock Cakes)… Tridu Dduquhom dawn!!!

Jgħidulhom ‘Rock Cakes”. Karl u Romina Bonaci sajruhom waqt il-programm tagħhom fuq FLiving. Tajbin immens u sodisfaċenti. Aħna pruvajnieha u ser naqsmu r-riċetta magħkom.
Għandkom bżonn:
100g zokkor caster
125g butir
Vanilla
Bajda
Mgħarfa ħalib
2 kuċċarini ħalib
225g dqiq
Kuċċarina baking powder
100g żbib
50g biċċiet taċ-ċikkulata
Kif inhu l-metodu:
Wara li tħallat l-ingredjenti kollha, agħmilhom f’ forma ta’ blalen żgħar u aħmi fil-forn għal madwar 20-25 minuta b’ temperatura ta’ 180 grad. U għidilna x’int tiekol wara!