“Għalfejn Ħaddiem Għandu Bżonn 2 Part-Times Biex Ilaħħaq Mal-Ħajja?” – Desiree’ Attard

 “Għalfejn Ħaddiem Għandu Bżonn 2 Part-Times Biex Ilaħħaq Mal-Ħajja?” – Desiree’ Attard

FIl-konfront ta’ diversi posts ta’ ċajt dwar ir-ritratt li deher fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem fejn raġel deher qed jagħmel delivery ta’ ikel ta’ żewġ kumpaniji fl-istess waqt, Desiree’ Attard, permezz ta’ post fuq Facebook, qajjmet mistoqsijiet serji u reali li jġiegħluk tirrifletti.

Hija qalet: “L-ewwel ħsibijiet li għandhom jiġu f’moħħna b’ritratt bħal dan hu li nistaqsu: Għalfejn ħaddiem għandu bżonn 2 part-times biex ilaħħaq mal-ħajja? Qiegħed jaqla imqar paga minima? Għandu d-drittijiet tax-xogħol tiegħu (bħal leave, health and safety) imħarsa? Jew tniżżlu bħala self employed, u tawhom 0-hour contracts? Dawn il-ħaddiema daħlu f’union? Jekk le, għalfejn? Hemm xi ħadd iwaqqafhom?”

 

Ritratt: Lovin Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com