“Għaliex Għandna Bżonn It-Tielet Pixxina F’Marsaskala?” – Residenti
Qed tkompli tqum il-kontroversja dwar il-bini ta’ pixxina ġdida f’Marsaskala. Diversi residenti u assoċjazzjonijiet qed joġġezzjonaw għall-bini ta’ pixxina ġdida f’Marsaskala.
Wieħed mill-kummenti rrefera kif f’Maraskala diġa hemm żewġ binjiet bħala waterpolo piċċ u għaldaqstant għaliex il-flus ma jiġux investiti fihom flok f’pixxina ġdida f’art fejn sa issa m’hemmx żvilupp?
Din il-kontroversja qamet wara li l-Awtorita tal-Ippjanar approvat il-permessi għall-Piċċ tal-Waterpolo, clubhouse u ristorant qrib Triq Is-Salini.
L-iżvilupp se jkun jinvolvi skavar estensiv ta’ qiegħ il-baħar u dredging kif ukoll se jkun qiegħed jillimita lill-pubbliku milli jaċċessa u jgawdi l-kosta, u se jkun qed joħloq diversi inkonvenjenzi permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ żona residenzjali f’Wied il-Għajn.
Il-Moviment Graffitti fi stqarrija ħabbar li qed jappellaw il-permess għall-Piċċ tal-Waterpolo flimkien ma’ diversi residenti.
L-appellanti talbu wkoll li x-xogħlijiet jiġu sospiżi sakemm jinqata’ l-appell.