Għaliex Se Nerġgħu Noħorġu L-Bnadar Maltin? Qatt Ma Mmaġinajna Dan Il-Mument!

Fuq il-paġna ta’ facebook South End Core il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex jarma l-gallariji u t-twieqi bil-bandar Maltin bħal ma jsir meta tintlagħab il-World Cup u jitwaħħlu bnadar ta’ pajjiżi barranin.
Dan hekk kif nhar it-Tlieta li ġej, Malta għandha ċans tirbaħ il-grupp. “Qegħdin nesperjenzaw ħaġa li qatt ma immaġinajna li ngħixu. Mument STORIKU. Nhar it-Tlieta hemm ċans li nirbħu l-grupp.”
Għalhekk aħna minn StradaRjali.com qed ningħaqdu f’din is-sejħa biex nuru s-sapport tagħna lit-tim ta’ pajjiżna. Xerrdu dan il-messaġġ mill-qalb!
Forza Malta!!!