“Għall-Ewwel Darba S-Sessjoni Tal-Plenarja Tmexxiet Bil-Malti” – Roberta Metsola
Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li llum hija qed tippresedi “waqt is-sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew”. Is-suġġett li qed jiġi diskuss illum huwa l-protezzjoni tal-ġurnalisti.
Hija esprimiet li tixtieq tiddedika dan il-mument għal Oliver Friġġieri, u ddeskrivietu bħala “ġgant fl-istorja tal-kitba Maltija”.
Intant, Metsola qalet li din tal-lum hija l-ewwel sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew li tmexxiet bil-Malti. “Tkellimt bil-Malti għax ridt ngħaddi l-messaġġ lil kull min kien qed isegwi minn kwalunke kantuniera tal-Ewropa, li d-daqs ġeografiku ma jillimitax il-potenzjal u li l-Parlament Ewropew hu d-dar ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi”, qalet Metsola.