Għandek Kotba Li M’Għandekx Bżonn? Aqra Hawn!
Ghandek kotba relatati mal-istorja, arti jew studji tal-arkivji li tixtieq tagħti? Tixtieq li d-donazzjoni tiġi mniżżla għall-prosterità?
Il-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili ser tnehdi l-proġett tal-Librerija tar-Referenza. Din il-fondazzjoni tixtieq li timla’ l-libreija bil-għajnuna tal-pubbliku. Kotba relatati mal-istorja globali u lokali, arti, konservazzjoni u studji tal-mużew u arkivjali huma l-iktar mixtieqa.
Bħala grazzi għad-donazzjoni, ser titpoġġa ex-libris ġol-ktieb, kemm bħala rigal għal xi ħadd jew bħala memorja ta’ xi ħadd.
Jekk interessat, ibgħat email fuq [email protected].
Grazzi speċjali tmur għal Naomi Bajada Young għall-għajnuna tagħha fid-disinn tat-tabelli ex-libri.
https://www.facebook.com/notarialarchives/posts/1275563376148387