Għawdex Jilbes Il-Libsa Tal-Milied. Rajtuh It-Tiżjin?

 Għawdex Jilbes Il-Libsa Tal-Milied. Rajtuh It-Tiżjin?

F’Għawdex, ilbieraħ inxtegħel id-dawl tal-Milied… Pjazza t-Tokk nbidlet f’ġenna. L-attività kienet trasmess fuq il-midja soċjali biex il-pubbliku seta’ jsegwi mill-kumdità ta’ daru.

It-tema ta’ din is-sena hija Milied f’Għawdex B’Responsabbiltà. 

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal: “Minħabba s-sitwazzjoni partikolari, se jiġu organizzati numru ta’ inizzjattivi għal żmien il-Milied differenti mis-soltu, b’rispett sħiħ lejn saħħitna u li se jdaħħluna fl-ispirtu tant sabiħ tal-Milied.”

Prosit tassew. B’hekk, l-ispirtu tal-Milied ser ikun magħna wkoll u nagħmlu kuraġġ bl-aħjar mod li nistgħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com