“Ġieli Mat-Twelid Ikun Diffiċli Biex Tiddeċiedi S-Sess Tat-Tarbija” – Ruth Baldacchino
B’reazzjoni għall-kontroversja dwar il-proposta sabiex il-ġenituri ma jkollhomx għalfejn jiddikjaraw is-sess tat-tarbija tagħhom mat-twelid, l-attivista għad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ Ruth Baldacchino qalet li “ħafna għandhom bżonn” din il-liġi għaliex ġieli “mat-twelid ikun diffiċli biex tiddeċiedi s-sess tat-tarbija”.
Jeżistu każijiet fejn trabi jitwieldu b’xi karrateristiċi taż-żewġ sessi u b’hekk ma jkunx faċli li wieħed jieħu deċiżjoni dwar is-sess tat-tarbija. Baldacchino spjegat kif persuni interess (instersex) “jitwieldu b’karrateristiċi tas-sess li huma kkunsidrati differenti min-norma”, u għalhekk din l-għażla hija essenzjali għall-ġenituri.
Hija għalqet il-messaġġ tagħha billi qalet li “mhux dik l-ittra fuq iċ-ċertifikat ta’ twelid li tagħmlek mara jew raġel”.
Ritratt: www.healthline.com