“Ħadd Ma Jieħu Postok Minn Qalbi… Mur Strieħ Fis-Sliem Sabiħ Tiegħi” – Oħt Alan

Oħt Alan, Chiara, permezz ta’ filmat emozzjonanti fuq il-facebook tagħha, sellmet lil ħuha ż-żgħir Alan li miet f’inċident nhar il-Ġimgħa li għadda 13 ta’ Novembru 2020.
Alan kellu 19-il sena.
“Għażiż ħija ż-żgħir inħobbok ħafna… itlob għalina int speċjalment għal ommna u missierna. Kemm kont tieħu paċenzja bin-neputi tiegħek Jake biex tagħmlu kuntent.”, tenniet Chiara.
Qaltlu li tħobbu ħafna, timmissjah u li ħadd mhu se jieħu postu minn ġo qalbha. “Mur strieħ fis-sliem sabiħ tiegħi.”
Kuraġġ lill-familjari.
Ritratt: Facebook/ Chiara Galea