Ħaddiem Ipoġġi Lilu Nnifsu F’Periklu Kbir
F’ritratt li rċieva s-sit stradarjali.com ħaddiema tal-kostruzzjoni jidher ipoġġi lilu nnifsu f’periklu serju wara li waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni, tela’ fuq kazza tal-ħadid miftuħa u tela’ għoli ta’ madwar tliet sulari billi ġibed lilu nnifsu bil-krejn.
Fir-ritratti li rċevejna il-ħaddiem jidher ċar li ma kellu l-ebda tip ta’ ilbies protettiv u apparti li sippost meta jsiru dawn it-tip ta’ manuvri, apparti l-ilbies protettiv, il-ħaddiema sippost ikunu f’gaġġa li tingħalaq.
Huwa ħasra li għadna naraw dan it-tip ta’ traskuraġni għaliex kull ħaddiem ikollu familja tistennih id-dar.