Ara: Raġel Arrestat Fuq Ħruq Ta’ Vettura

Raġel ġie arrestat illum bħala parti minn ivestigazzjoni li kienet għaddejja rigward każ li ġara fl-1 ta’ Novembru fejn vettura ġiet maħruqa fi Triq it-Troll Żebbuġ fis-sigħat kmieni ta’ filgħodu,
In-nar kien ġie mbagħad mitfi mill-Protezzjoni Ċivili u ssejjaħ l-korp tal-puluzia fil-post.
L-investigazzjonijiet tal-Puluzija wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 62 sena minn Birkirkara li huwa mixli b’dan ir-reat.
Ritratt: Civil Protection Malta