Iċ-Ċurkett U L-Bulla Tal-Ħatra Tal-Kardinal Mario Grech

 Iċ-Ċurkett U L-Bulla Tal-Ħatra Tal-Kardinal Mario Grech

Fuq il-paġna Diocese of Gozo ttellgħu ritratti taċ-Ċurkett u l-Bulla tal-Ħatra tal-Em.T. Mons. Mario Grech bħala Kardinal.

Aktar kmieni llum għall-ħabta tal-16.30, Mario Grech ġie kreat Kardinal fil-Bażilika ta’ San Pietru, l-Vatikan.

Grech kien l-ewwel wieħed li kien kreat Kardinal minn fost il-Kardinali l-ġodda.

Kien hu li qara wkoll il-kredu bil-Latin u ħa ġurament f’isem it-12 il-Kardinali l-ġodda li kienu għadhom se jiġu kreati.

Il-Kardinal Mario Grech fil-fatt jiġi t-tielet Kardinal Malti u Għawdxi wara l-Kardinal Prospero Grech li kien ġie kreat mill-Papa Benedittu XVI fi Frar ta’ 8 snin ilu.

Minn StradaRjali.com, Awguri Eminenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com