Iħabbar Ftehim Kollettiv Ġdid Għas-Suldati U L-Pumpiera
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jiġu ffirmati żewġ ftehim kollettiv ġodda għas-suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta u l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Dr Camilleri ħabbar dan f’diskors li għamel fil-Parlament waqt l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħu.
Qal li s-suldati se jgawdu minn kundizzjonijiet ġodda wara li ntlaħaq ftehim mal-General Workers’ Union u l-istess il-ħaddiema fil-protezzjoni ċivili li se jkollhom pakkett li se jara li jiġu offruti karriera aqwa f’dan id-dipartiment.
Il-Ministru Camilleri żied jgħid li issa se jifgħu ħarsithom fuq in-negozjati biex jilħqu ftehim ġdid ukoll għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi.
Fakkar li fl-2018 il-Gvern diġà kien wasal għal ftehim kollettiv ġdid għall-pulizija.
Qal li dan hu l-mod kif tistma lill-front liners b’miljuni ta’ ewro li se jiġu investiti f’pagi u allowances aħjar għall-ħaddiema.