Il-Bars Ser Jibqgħu Magħluqin Sal-Ewwel Tas-Sena – Chris Fearne

 Il-Bars Ser Jibqgħu Magħluqin Sal-Ewwel Tas-Sena – Chris Fearne

Wara li l-Prim Ministru ħabbar li l-Bars se jibqgħu magħluqin f’Diċembru, issa l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne kkonferma li l-Bars ser jibqgħu magħluqin ukoll fil-Milied, lejlet l-Ewwel tas-Sena u fl-Ewwel tas-Sena, dan waqt li r-restrizzjonijiet fuq Snack Bars ser jibqgħu ukoll fis-seħħ.

Chris Fearne qal dan meta kien intervistat waqt il-programm Xtra li jixxandar fuq TVM.

Oriġinarjament ir-restrizzjonijiet fuq Bars u Snack Bar kienu sal-1 ta’ Diċembru, iżda issa dawn ġew estiżi sal-1 ta’ Jannar wara li l-każijiet ta’ Covid-19 ma naqsux u bħalissa hemm 2,115-il-każ attiv.

Fearne sostna li din ma kienitx deċiżjoni faċli u appella biex in-nies jagħmlu l-aħħar ftit sagrifiċċji f’din il-pandemija.

Hu żied jgħid li Malta se tkun minn tal-ewwel li jkollha vaċċin fil-bidu tas-sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com