Il-Fondazzjoni Nazareth Għaddejja Minn Żmien Diffiċli… Tixtieq Tgħin?

Bħall kull organiżazzjoni volontarja oħra, il-Fondazzjoni Nazareth f’dan iż-żmien tal-pandemija għaddejja min-nuqqas ta’ donazzjoniiet li huma is-sisien tan-nefqa ta’ kuljum.
Għaldaqstant qed isir appell lill-pubbliku sabiex jekk jista jgħina permezz ta’ deterġenti.
Għalhekk, bejn it-Tnejn 16 u l-Ġimgħa 20 ta’ Novembru mit-8.30 ta’ filgħodu sal-4.00 ta’ wara nofsinhar ser ikunu qed jinġabru prodotti tat-tindif fil-Ħanut tax-Xogħol fil-pjazza taż-Żejtun.
“Hekk tkun tistgħu tgħinuna nkompl nilqgħu l-miri tagħna fost id-29 resident li diġà għandna jgħixu fid-djar tagħna u nkomplu bil-proġett ta’ dar ġdida għal għaxar persuni oħra bi bżonnijiet speċjali”, tenniet il-Fondazzjoni.
Ejja nkomplu nuru l-qalb tal-poplu tagħna. Ngħinu mill-qalb!
Ritratt: Facebook/ Fondazzjoni Nazareth