Il-Kap Tal-PN Bernard Grech Isellem Lill-Plejer Michael Mifsud

 Il-Kap Tal-PN Bernard Grech Isellem Lill-Plejer Michael Mifsud
“Insellem lil Michael Mifsud li llum qed itemm il-karriera internazzjonali tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol.”
Hekk kiteb il-Kap tal-PN u Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fuq facebook tiegħu fejn tenna li Mifsud kellu karriera mżewqa b’mumenti memorabbli u wirjiet li wassluh biex għamel isem għalih u għal pajjiżu anke billi lagħab barra minn xtutna.
Tenna li “Ħasra li din l-aħħar logħba bil-flokk ta’ Malta ma setgħetx issir quddiem pubbliku li ċert li kien jagħtih l-apprezzament li jixraqlu.”
Temm billi qallu li għamilna kburin li aħna Maltin. Minn Stradarjali.com nawguraw lill-plejer internazzjonali Malti Michael Mifsud.

Ritratt: Facebook/ Bernard Grech

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com