Il-Maskra Qed Tikkawżalek Il-Ponot?

 Il-Maskra Qed Tikkawżalek Il-Ponot?

L-awtoritajiet qed jinfurzaw l-użu tal-maskri fil-postijiet pubbliċi kollha sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bla dubju li lkoll għandna nobdu r-regolamenti tal-istat f’dan ir-rigward sabiex inħarsu saħħitna u speċjalement saħħet dawk l-aktar vulnerabbli fostna.

Minkejja li nagħrfu l-importanza tal-maskra, lkoll nirrikonoxxu li din tikkawża diversi skumditajiet… fost l-oħrajn problemi fil-ġilda.

Għamilna riċerka minn sorsi sekondarji u għaqqadna lista ta’ uħud mill-affarijiet li wieħed jista’ jagħmel sabiex inaqqas l-irritazzjoni tal-ġilda tal-wiċċ minħabba l-maskra.

  1. Ilbes il-maskra fuq wiċċ nadif. Dejjem ibda l-ġurnata billi taħsel wiċċek bi prodotti apposta.
  2. Applika crema tal-wiċċ. Din mhux biss hija importanti għax tipprovdi idratazzjoni lill-wiċċ, iżda wkoll toħloq barriera bejn il-wiċċ u l-maskra u b’hekk tnaqqas il-frizzjoni.
  3. Meta se tilbes il-maskra evita li tagħmel make-up. L-American Academy of Dermatology qalet li l-make-up taħt il-maskra jsodd il-pori tal-wiċċ u b’hekk jikkawża l-ponot.
  4. Aħsel il-maskra ma’ kull użu. Kemm jista’ jkun uża prodotti tal-ħasil apposta għall-ġilda sensittiva… ġeneralment ikun sapun mingħajr irewejjaħ. Evita wkoll il-fabric conditioner meta taħsel il-maskra.
  5. Kun ċert li meta tilbes il-maskra tkun nixfet kompletament.
  6. Diversiti dermatoloġisti jirrakkomandaw l-użu tal-maskri tal-ħarir (silk). Dr Howard Sobel qal li l-ħarir huwa naturalment ipoallerġeniku u jassorbi nqas mill-cotton, b’hekk ma jwassalx għal nixfa fil-ġilda. Huwa żied jgħid li l-ħarir jipprevjeni li jinstaddu l-pori u b’hekk maskri ta’ dan il-materjal jtellgħu inqas ponot. Minkejja kollox, huwa fakkar li fejn jidħlu l-maskri, l-iġene hija ħafna aktar importanti mill-materjal tal-maskra u b’hekk il-ħasil ma’ kull użu huwa indispensabbli.

Inti ppruvajt xi metodu li ħadem? Agħti s-suġġeriment tiegħek fuq il-post ta’ Facebook!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com