Il-MIDI Tiċċara Li Ftit Siġar Tneħħew U Oħrajn Ġew Rilokati

 Il-MIDI Tiċċara Li Ftit Siġar Tneħħew U Oħrajn Ġew Rilokati
B’risposta għall-artikolu li tellajna dalgħodu bl-isem: “MIDI qed tqaċċat ħafna siġar f’Manoel Island”, il-MIDI xtaqet tiċċara li kif juri r-ritratt li ntbagħat lilna li tindika l-istess żona, kienu biss ftit siġar li tneħħew jew ġew relokati minn fuq dan is-sit.
Il-MIDI tenniet li x-xogħol relatat mat-tneħħija ta’ dawn is-siġar kien kopert minn permess maħrug mill-ERA wkoll.
“Kif juri ir-ritatt f’dan is-sit meħud qabel ma bdew ix-xogħlijiet, qatt ma kien hemm għexieren fuq għexieren ta’ siġar maturi kif qed jalludi dan l-artiklu”, saħeqt il-MIDI.
Qalet li s-sit “juri xogħlijiet ta’ investigazzjonijiet arkeoloġiċi li saru taħt is-sorveljanza tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali minħabba s-sensittività tiegħu… MIDI hija komessa, li l-istess kif għamlet fil-Forti Manoel u siti oħra, kull sit ta’ wirt storiku fuq Manoel Island se jkun irrestawrat skont l-aħjar prattiċi.”
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com