Il-Ministru Caruana Jaċċetta R-Riżenja Tal-Kap Eżekuttiv Tal-MFSA Joe Cuschieri

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana ġie infurmat miċ-Ċermen tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, li llum rċieva ittra ta’ riżenja minn Joseph Cuschieri mill-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità.
Fi stqarrija, il-Ministru Caruana aċċetta r-riżenja tas-Sur Cuschieri filwaqt li rringrazzjah għax-xogħol li wettaq f’din l-istituzzjoni speċjalment fejn jidħlu t-tisħiħ tal-aspett regolatorju, l-immodernizzar tal-istrutturi u t-twettiq ta’ riformi importanti fl-MFSA matul dawn l-aħħar snin.