Il-Ministru Evarist Bartolo jindirizza konferenza internazzjonali dwar l-immigrazzjoni

 Il-Ministru Evarist Bartolo jindirizza konferenza internazzjonali dwar l-immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo indirizza konferenza internazzjonali dwar l-immigrazzjoni organizzata mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Din il-konferenza trattat l-ewwel reviżjoni reġjonali tal-patt globali għal migrazzjoni sigura, ordnata u regolari fir-reġjun tal-UNECE. Dan il-Patt Globali għall-Migrazzjoni huwa l-ewwel ftehim negozjat intergovernattiv, imħejji taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda, li jkopri d-dimensjonijiet kollha tal-migrazzjoni internazzjonali b’mod ħolistiku u komprensiv.

L-effettività tal-Patt Globali tiddependi fuq il-kapaċità li jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi u partikolari tal-pajjiżi u n-nies madwar id-dinja. Minbarra l-parteċipazzjoni ta’ diversi pajjiżi, ħadu sehem ukoll organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fis-settur tal-immigrazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com