“Il-Mulej Qed Ixerred Dmugħ Ta’ Ferħ” – Il-Caritas Grata Lejn Il-Poplu Malti

 “Il-Mulej Qed Ixerred Dmugħ Ta’ Ferħ” – Il-Caritas Grata Lejn Il-Poplu Malti

Fuq facebook tiegħu, Luke Magri li għadda mill-esperjenza tad-droga qam jirringrazzja lil kullħadd tal-għajnuna kbira li taw ilbieraħ waqt il-ġurnata twila Maratona ta’ Mħabba b’riżq il-Caritas Malta.

Inġabret is-somma sabiħa ta’ €668,280 mill-qalb kbira tal-poplu tagħna.

Luke kompla jagħti kuraġġ lil dawk li għadhom m’għamlux il-pass: “Tarmux lilkom infuskom, il-Caritas lesta li tgħinkom u Alla għadu b’idejh miftuħin jistenniek iddur lejh”.

Tenna li llum ġurnata xita u jħoss li qisu d-dmugħ ferrieħ tal-Mulej meta ra dik l-imħabba lbieraħ isseħħ f’pajjiżna.

Kuraġġ lilkom li għaddejjin minn toqol fil-ħajja. Ibda bl-ewwel pass u taqtax qalbek!

Ritratt: Facebook/ Marilyn Mintoff

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com