Il-Passju: X’Inhi T-Tifsira Tagħha?

 Il-Passju: X’Inhi T-Tifsira Tagħha?

Għal ħafna, l-logħoba tal-passju ma tfisser xejn għajr logħoba innoċenti għat-tfal biex jgħaddu siegħa żmien u forsi ukoll jagħmlu ftit eżerċizzju. Iżda x’inhuma l-egħruq ta’ din il-logħoba?

Il-logħba tal-Passju kienet magħrufa ħafna, speċjalment fi żminijiet fejn kien hawn aktar sempliċità u nuqqas ta’ teknoloġija, u kien hemm modi differenti kif tintlagħab. Primarjament, din il-logħba hija rappreżentazzjoni tal-mara, fejn it-taqsimiet immarkati bin-numri minn 1 sa 9, huma simbolu tad-disa’ xhur tat-tqala.

Id-dinamika tal-familja nbidlet ħafna matul iż-żminijiet. Illum ftit li xejn issib familji li jkollhom aktar minn żewġt itfal. Iżda sa tlett ġenerazzjonijiet ilu, kien ikollhom aktar tfal. Koppji miżżewġa kien ikollhom ħafna pressjoni sabiex ikollhom iktar tfal u kienu jiġu mgħallma biex ikollhom kemm jista’ jkun tfal b’ħafna metodi differenti. Minn età tenera ukoll, permezz tal-logħoba tal-passju, li toffri sfida lil min jilgħabha sabiex ikollok aktar tfal.

Ħajr: Heritage Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com