Il-PM Jħabbar Li L-Bars Se Jibqgħu Magħluqin Fil-Ġimgħat Li Ġejjin Bi Prekawzjoni

 Il-PM Jħabbar Li L-Bars Se Jibqgħu Magħluqin Fil-Ġimgħat Li Ġejjin Bi Prekawzjoni

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-bars u l-postijiet tad-divertiment għandhom jibqgħu magħluqa, bl-avviż legali li jirregola l-għeluq tagħhom se jiġi estiż għall-ġimgħat li ġejjin.

Il-Prim Ministru qal li wara konsultazzjoni mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, il-bars mhux se jerġgħu jinfetħu f’Diċembru u għalissa se jibqgħu magħluqin.

Qal li din kienet deċiżjoni diffiċli ħafna iżda minħabba s-sitwazzjoni attwali, il-Gvern iħoss li huwa iktar prudenti li għalissa dawn l-istabbilimenti jibqgħu magħluqa.

Dr Abela qal li l-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla għal kull min se jintlaqat minn dawn il-miżuri diffiċli iżda sostna li s-saħħa tan-nies għandha tibqa’ prijorità.

Il-Prim Ministru qal li s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19 kienet stabbli u taħt kontroll u b’vaċċin lest ftit ġimgħat ’il bogħod kien kruċjali li s-servizzi tas-saħħa, l-aktar dawk fl-Isptar Mater Dei, jibqgħu stabbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com